Dawn huma xi wħud mis-servizzi li joffri tiffranka dot com.

 

Tiswijiet ta’ Kompjuters
Isiru tiswijiet fuq kull komputer li jeżisti. Tiffranka dot com iwiegħed li jsolvilek il-problema fl-iqsar żmien possibbli b'garanzija kemm fuq ix-xogħol kif ukoll fuq il-parts li jkunu jeħtieġu li jinbidlu.

Servicing ta’ Kompjuters
Huwa importanti li minn żmien għal żmien tieħu l-kompjuter tiegħek ghal-servicing biex tassigura li l-kompjuter ikun fl-aħjar kundizzjoni.

Upgrades
Nagħmlu upgrades ta’ kompjuters biex ikunu aġġornati ma’ l-aħħar teknoloġija. Meta tagħmel upgrade tkun trid tibdel ċertu parts bħal Motherboard, CPU, RAM, Hard disk u oħrajn. Tiffranka dot com jirrakkomanda li jintuża software minn sorsi ta’ min jafda fuqhom bħal, Symantec (Norton), McAfee, Microsoft Corporation, Lotus u Adobe.

Back-up
Jinżammu dokumenti l-iktar importanti skond ix-xewqa tal-klijenti, qabel ma jsir format tal-hard disk u jkun installat il-Windows mill-ġdid.

Tneħħija ta’ Viruses u Spyware
Is-sistema tkun iċċekkjata u kull traċċa ta’ virus jew spyware titneħħa.

Computer Parts
Mill-ħwienet ta' tiffranka dot com issib tixtri dak kollu li għandu x'jaqsam mal- komputers bħal VGA cards, Sound Cards, TFT's, Speakers, Bluetooths, SD Cards, Printers, Digital Cameras, Routers, A4 paper, Keyboards, Mice u ħafna oġġetti oħra.